Tixtieq tkanta? Issa ċ-ċans tiegħek …

Għandek ix-xewqa li tkanta imma m’għandek esperjenza? Għandek aktar minn 16-il sena? Issa għandek opportunità li tingħaqad mal-kor The New Choral Singers.
Wara sena ta' suċċessi li kienet tinkludi kunċert prestiġjuż mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni ta' Maestro Wayne Marshall, The New Choral Singers għadhom kif bdew il-provi taħt it-tmexxija ta’ Shirley Helleur.
Il-kor għandu diversi kunċerti ppjanati għal din is-sena.
L-ewwel wieħed se jsir f’April taħt id-direzzjoni ta' Maestro Brian Schembri, li jinkludi l-Beethoven's Choral Fantasia.
Għaldaqstant il-kor qed jilqa’ applikazzjonijiet minn kantanti ħerqana li jixtiequ jissieħbu.
Il-provi jsiru kull ġimgħa fl-iskola tal-mużika Johann trauss fil-Ħamrun kull nhar t’Erbgħa bejn is-7pm u d-9pm.
Għal aktar informazzjoni tista’ tidħol hawn