Tixtieq titgħallem kif tagħmel l-inbid?

Se jiġi organizzat kors bażiku b’xejn dwar kif tagħmel l-inbid. 
Il-kors, organizzat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, flimkien mal-għaqda Għassara tal-Inbid, se jindirizza tagħlim dwar l-apparat u l-ingredjenti li hemm bżonn biex wieħed jagħmel l-inbid, kif wieħed jista’ jagħraf għenba tajba għall-għasir u tagħrif ieħor dwar kif jiġi magħmul l-inbid. 
Dan il-kors se jkun imqassam fuq tliet sessjonijiet darba fil-ġimgħa, mit-Tnejn li ġej sal-4 ta’ Ġunju, mis-6pm sas-7.30pm fis-Sala tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun fi Triq Sant’Anġlu fiż-Żejtun. 
Il-kors huwa bla ħlas u hu miftuħ għal kulħadd. Dawk li jattendu t-tliet ġranet tal-kors, jingħataw ċertifikat. 
Biex tapplika ċempel fuq 99 203 815 jew 21 663 866, jew ibgħat email fuq chircop.sean@gmail.com sas-Sibt li ġej.