Tixtieq tistudja fl-MCAST?

L-MCAST ser ikun qed jiftaħ il-bibien tiegħu biex joffri lill-viżitaturi vettrina tal-programmi ta’ studju li joffri.
L-MCAST ‘Open Days’ se ssir bejn il-Ġimgħa il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju u t-Tlieta 4 ta’ Lulju, ġewwa d-Dar tal-Istudenti fil-kampus ta’ Raħal Ġdid.
Studenti, għalliema, career advisers, support staff kif ukoll diversi oqsma tal-industrija ser ikunu miġbura taħt saqaf wieħed sabiex jgħinu lill-viżitaturi jiskopru aspetti differenti relatati mal-korsijiet li joffri l-Istitut kemm fuq bażi full-time u anke part-time.
Wieħed jista’ jikseb ukoll tagħrif dwar servizzi ta’ support għall-istudenti ġewwa l-MCAST u tagħrif dwar opportunitajiet ta’ karrieri u impiegi.
Il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità għal attivitajiet hands-on biex jesperjenzaw oqsma differenti ta’ karrieri f’setturi differenti tal-industrija.
Matul dawn il-jiem tal-Open Day ikun hemm ukoll sessjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-korsijiet fid-diversi Istituti.
Is-servizz ta’ career guidance ser ikun offrut mingħajr appuntament f’Dar l-Istudenti bejn is-17 ta’ Lulju u l-4 t’Awwissu, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8:30 ta’ filgħodu sas-1:30 ta’ waranofsinhar.
Għal aktar tagħrif tista’ tibgħat email fuq: careerguidance@mcast.edu.mt jew iċċempel: 223987135/6 jew 23987310.