Tixtieq tiltaqa’ mal-Isqfijiet?

Kurja – knisja.mt/ritratti

L-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi u l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona qed jistiednu lill-pubbliku fil-Kurja tal-Arċisqof sabiex jawgurawlu l-festi t-tajba. 

Dan se jsir nhar il-Ħadd 23 ta’ Diċembru, bejn l-10am u 12pm, fil-Furjana. Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il-bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja. Fl-10.15am, l-Arċisqof hu mistenni jwassal messaġġ lil dawk preżenti.

L-Isqfijiet se jilqgħu wkoll lill-awtoritajiet tal-Istat u lill-korpi kostitwiti għall-bdil tal-awguri tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida, nhar il-Ħamis 20 ta’ Diċembru, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta, fit-3pm.