Tixtieq tidħol fid-dar ta’ San Ġorġ Preca?

Il-Ħamruniżi tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu u l-Vendriżi, filmkien mas-soċjetà tal-Museum, se jiċċelebraw il-festa ta’ San Ġorġ Preca, nhar l-Erbgħa li ġej.
Din se tinzerta wkoll mal-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tal-Parroċċa ta’ Santa Venera.
Id-dar li fiha miet San Ġorġ Preca se tkun miftuħa għall-pubbliku mid-9.30am sal-11.30am, u terġa’ tiftaħ mit-3.30pm sal-5pm.
Id-dar tinsab fit-triq ta’ ħdejn il-Knisja Parrokkjali, ftit ‘l isfel mill-bandli ta’ wara l-knisja.
Se jsir ukoll għasar fil-knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu fil-5.30pm. Fis-6pm se jsir pellegrinaġġ bl-istatwa u r-relikwa ta’ San Ġorġ Preca, mill-Ħamrun għal Santa Venera.
Wara, fis-7pm, se ssir quddiesa mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Venera, bis-sehem tas-soċjetà tal-Mużew.