Tixtieq tibdel isimha iżda ommha ma tridhiex

Għal ħafna nies isimhom huwa parti mill-identità tagħhom għal oħrajn il-laqam jista’ jkun li jkun aħjar minn dak l-isem li l-ġenituri jiddeċiedu li jsemmgħu lil uliedhom.

F’post fuq is-sit Reddit tfajla ta’ 21 sena stqarret li l-ġenituri tagħha tawha isem stramb meta kienet għadha żgħira. Il-ġenituri tagħha semmewha John għan-nannu tagħha u għalhekk hija ġibdet ħafna attenzjoni fuqha mingħajr ma xtaqet. Hija qalet li minkejja li tapprezza r-raġuni għala semmewha hekk ma hemmx verżjoni femminili ta’ isimha.

Hija qalet li issa tinsab f’relazzjoni u qed tipprepara biex tiżżewweġ u għalhekk se tibdel kunjomha però qed tittama li tibdel isimha wkoll. L-unika problema li għandha hija ommha li ma tridx taċċetta li bintha tibdel isimha. John spjegat li meta qalet lil ommha dwar il-ħsieb tagħha li tibdel isimha ommha qaltilha li qatt mhi se taċċetta dan għax hija ġiet imsemmija għal nannuha u tkun qed turi diżrispett lejn il-memorja tiegħu.

Fuq is-sit Reddit hija staqsiet jekk tkunx qed tmur kontra ommha jekk tibdel isimha mingħajr l-approvazzjoni tagħha. Hija sostniet li l-laqam tagħha iktar tarah bħala isimha milli isimha propju. Ħafna minn dawk li rrispondew qalulha biex tagħmel dak li tħoss u li jagħmilha kuntenta. Kien hemm persuna li qaltilha li jekk isimha propju ma jogħġobhiex għandha kull dritt li tibdlu u ssuġerithilha biex tħalli isimha wara dak li tixtieq hi. Kien hemm xi ħadd ieħor li qallha li mhux sew li ommha ma kinitx qed tikkunsidra l-kuntentizza tagħha. Min-naħa l-oħra kien hemm min issuġġerilha li żżomm isimha biex tfakkar il-memorja ta’ nannuha.