Tixtieq tgħin biex Malta tkun aktar attraenti das-sajf?

L-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) ħabbret inizzjattiva pubblika biex isir tindif tal-baħar fis-sajf li ġej.
Fi stqarrija, l-ERRC qalet li l-għaddasa kwalifikati kollha huma mistiedna biex jissieħbu f’din l-attività. L-għaqda għandha l-għan li tiġbor u tarmi l-iskart li b’xi mod jew ieħor spiċċa fil-baħar.
L-ERRC qalet li l-arja, it-trasport, u l-ikel se jiġu pprovduti.
L-ERRC spjegat li l-inizjattiva qed tiġi ffinanzjata mill-Aġenzija Żgħażagħ
Biex tapplika tista’ tibgħat imejl lil admin@errcmalta.com jew iċċempel fuq 99800886.