Tixtieq tapplika għal HazZzard tal-2020?

Nhar it-Tnejn 30 ta’ Settembru l-istazzjon One se jibda jxandar fid-9pm id-disà sensiela tar-reality show HazZzard.

Filwaqt li ninsabu ftit ġranet ‘il bogħod mill-bidu ta’ dan l-istaġun il-ġdid, il-producers ta’ dan il-programm diġà qed jippjanaw staġun ieħor.

AQRA: Ara min huma l-parteċipanti ta’ HazZzard

Trid tkun wieħed mill-parteċipanti tal-għaxar sensiela taHazZzard 2020?

Biex tapplika trid sempliċiment tidħol fil-paġna ta’ HazZzard fuq facebook u tħalli messaġġ privat. It-tim tal-produzzjoni jibgħatlek il-formula tal-applikazzjoni. L-applikant imbagħad jintalab biex jattendi għal intervista, biċ-ċans li jintgħażel għall-programm. Biex persuna tapplika jrid ikollha 18-il sena.

Ta’ min jgħid, li minbarra d-diversi sitwazzjonijiet diffiċli li l-parteċipanti jiltaqgħu magħhom matul l-avventura, it-tim tal-produzzjoni joħloq sitwazzjonijiet biex jagħmilha aktar diffiċli. Biżżejjed ngħidu li t-tim tal-produzzjoni qabel tibda l-avventura, jistudja x’inhuma dawk l-affarijiet li huma għal qalb kull protagonist, sabiex waqt l-avventura il-parteċipant jigi mċaħħad minn dawk l-affarijiet li jħobb. Jiskopri ukoll minn qabel il-biżgħat tal-parteċipanti, u waqt l-avventura joħloq sitwazzjonijiet marbuta ma’ dawk l-istess bizghat. Dawn is-sitwazzjonijiet jagħmlu l-avventura iktar interessanti.

Jekk int lest għall-isfida ta’ HazZzard tas-sena d-dieħla, fittex applika billi tagħfas dan il-link hazzzardmalta