Tixtieq ritratt mal-karattru favorit tiegħek?

Broadway Gold huwa l-isem ta’ kunċert li ser jittella’ nhar il-Ħadd, 8 ta' April, fl-Istitut Kattoliku. 
Kant, animazzjoni u maġija se jimlew 90 minuta ta’ spettaklu flimkien mal-orkestra St Paul Chamber Ensemble bis-sehem tal-kor ta’ Malta Stage Coach.
Waqt dan il-kunċert it-tfal huma mistiedna jieħdu ritratti mal-karattri favoriti tagħhom.
Is-serata tibda fis-6.30pm u se ssir b’risq is-Sorijiet Ursolini, il-Fondazzjoni Karl Vella kif ukoll għall-missjoni fl-Albanija u fil-Kenja.