Tixtieq iżżid il-kapaċitajiet u l-kompetenzi tiegħek?

Diversi huma dawk li jkunu interessati jżidu l-kapaċitajiet u l-kompetenzi tagħhom, iżda donnu kultant wieħed ma jkunx jaf minn fejn se jaqbad jibda!
Proġett ġdid li ġie mniedi l-MCAST joffri proprju din l-opportunità lil dawk l-istudenti kollha li b'xi mod jew ieħor jixtiequ li jkollhom iktar kapaċitajiet u kompetenzi.
Permezz ta' dan il-proġett, li jismu 'Nurturing Learning Journeys at MCAST Foundation College', l-istudenti jkunu kapaċi jsiru wkoll iktar ekonomikament indipendenti.
Fost l-aspetti ewlenin fi ħdan dan il-proġett hemm ir-riċerka, il-kurrikkulu gamified, it-tgħalim, l-iżvilupp u t-taħriġ.
Dan il-proġett qed jittella' b'koordinazzjoni mal-kulleġġ St Thomas Moore, il-kulleġġ St Albert the Great, l-iskola Salesjana St Patrick's, u Aġenzija Żgħażagħ.
Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jibgħat imejl fuq caroline.balzan@mcast.edu.mt jew iċempel fuq 23987309 jew 99272731.