Tixrobx minn dawn il-fliexken għax jaf fihom biċċiet tal-ħġieġ

Aġġornat 02:07 PM

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed javża li ċertu fliexken tal-Coca Cola m’għandhomx jiġu kkunsmati għax jista’ jkun fihom biċċiet irqaq tal-ħġieġ.

Fi stqarrija id-direttorat qal li prodotti bl-istess isem li mhumiex mil-lottijiet kif indikat minnhom u f’maħżen differenti mhumiex affetwati.

Isem tal-prodotti: Coca Cola Original Taste Coca Cola Zero
Deskrizzjoni:   Fliexken tal-ħġieġ, imdawwrin b’kartuna f’pakketti ta’ 6
Volum:   200ml
Lottijiet involuti:   L191218 L191219 L191220 L191221 L200107 L200108 L200109
Oriġini:   Italja

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333.

“F’Malta nġibu biss tal-250ml” – GSD

Ftit tas-sigħat wara, GSD Marketing Ltd, avżat lill-klijenti tagħha, li l-fliexken tal-Coca-Cola u Coca Cola Zero li ġew impurtati u mqassma mill-GSD, huma sikuri u m’għandhomx x’jaqsmu mal-prodotti li semmew l-awtoritajiet.

Il-kumpanija fissret li l-prodotti li timporta f’Malta huma tal-250ml u li ġġibhom minn impjant differenti fl-Italja.