Tixrobx mill-fliexken tal-plastik ‘Tiger’ minħabba l-kimika

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali talab lill-pubbliku biex ma jużax il-fliexken tal-plastik tad-ditta ‘Tiger’ minħabba riskju ta’ preżenza ta’ kimika skont ir-regolamenti dwar materjal tal-plastik u l-kuntatt mal-ikel.
L-istess direttorat qal li dawn il-fliexken jinbiegħu ma’ roti ta’ ditta partikolari.
Il-kumpanija partikolari ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq iżda minħabba li parti mill-konsenja laħqet nbiegħet, id-direttorat qed jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur.