Tixrobx dan it-te għax fih il-pestiċida

4au tea

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika avża li l-green tea Grüner Tee mit Pfefferminz-Aroma m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ anthraquinone, li huwa pestiċida.

Isem tal-prodott:Grüner Tee mit Pfefferminz-Aroma (Green Tea with peppermint flavour)
Deskrizzjoni:Kaxxa tal-kartun
Użin:45g
Data tad-durabbiltà:01/08/2020

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. 

Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.