Mijiet ta’ ċinji, wiżż u ċawl inqabdu fl-ilma wara tixrid ta’ żejt minn tanker li kkraxxja ġo moll fil-port ta’ Rotterdam fin-Netherlands.
It-tanker infaqalu l-buq, li minnu ħarġu 220 tunnellata ta’ żejt fil-port. Uffiċjali li marru fuq il-post ippruvaw iżommu t-tixrid taż-żejt.
Il-ħaddiema tas-salvataġġ baqgħu taħt xokk bin-numru kbir ta’ għasafar li ġew ikkontaminati kawża ta’ dan l-inċident.
Bosta kienu dawk li marru fuq il-post bħala voluntiera sabiex jgħinu fit-tindif tal-għasafar u jsalvaw kemm jista’ jkun minnhom.
Minn tal-inqas 800 għasfur ġie kkontaminat f’medda ta’ 10 kilometri, qed jingħad li mijiet għadhom maqbudin fl-ilma.
Nog een paar foto’s vanaf de opvanglocatie in #Maassluis #Zwanen pic.twitter.com/ELRTsqP42l
— van Det Fotografie | infra in beeld | (@OliviervanDet) June 24, 2018