Tixrid ta’ fuel fl-ajruport; dewmien f’titjira

Arkivji

Inxtered fuel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bil-konsegwenza li titjira ttardjat b’50 minuta biex titlaq, skont l-ajruport.

Fi stqarrija, l-ajruport qal li kien hemm tixtird ta’ fuel fuq it-tarmac waqt li l-ajruplan tat-titjira FR 2955 lejn Brussell kien qed jingħata l-fuel. Bil-konsegwenza ta’ hekk, it-titjira telqet 50 minuta tard sakemm is-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata.

L-ajruport qal li qed jinvestiga għalfejn ġara dan it-tixrid ta’ fuel. L-ajruport skuża ruħu għall-inkonvenjenza li nħolqot.