Tixrid sostanzjali ta’ żejt fil-Mosta

Ammont ta' żejt inxtered fi Triq il-Fortizza l-Mosta. It-triq mill-pont tal-Mosta saż-żona magħrufa bħala tal-Jupiter bħalissa tinsab magħluqa.
Il-Pulizija qed tavża lis-sewwieqa tal-muturi sabiex jevitaw din it-triq u jsibu alternattivi oħra.
Il-pubbliku ġenerali mitlub isegwi l-istruzzjonijiet tal-pulizija li hemm fuq il-post.