Ftaħna għadd ta’ investigazzjonijiet kriminali miċ-chats ta’ Fenech – Mamo

REUTERS Yara Nardi

Read in English.

L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Alexandra Mamo llum xehdet fl-inkjesta pubblika fuq l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-inkjesta għandha l-għan li tara jekk l-Istat setax ipprevjena l-qtil tal-ġurnalista, u biex tiskrutinja l-aġir tal-Istat wara l-qtil.

Mamo ilha tmexxi t-Taqsima tar-Reati Kriminali fi ħdan il-Korp minn Ġunju, meta nħatar bħala Kummissarju Angelo Gafà. Hija kienet waħda mill-kandidati biex tilħaq Kummissarju tal-Pulizija.

Xi spikka fis-seduta tal-lum?

  • L-inkjesta l-oħra fuq il-Panama Papers waslet fi stadju kruċjali
  • “Minn sbieħ filgħodu sa tard billejl naħdmu fuq l-inkjesta” li wasslet għall-arrest ta’ Keith Schembri, Brian Tonna, Karl Cini u Manuel Castagna minn Nexia BT
  • Infetħu għadd ta’ investigazzjonijiet kriminali miċ-chats ta’ Yorgen Fenech
  • Taħseb li l-informazzjoni mill-apparat ta’ Fenech se tkun utli għall-Bord tal-Inkjesta
  • L-Assistent Kummissarju ltaqgħet mal-familja Caruana Galizia għax temmen li l-vittma ħaqqha tkun taf fiex waslu l-investigazzjonijiet
  • Meta bdiet tmexxi d-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji, ħasset li kellha tlaqqa’ lill-ispetturi kollha biex tgħidilhom li ma jridu jħarsu lejn wiċċ ħadd
  • Issib sapport mingħand il-Kummissarju Gafà; ma jindaħallhiex f’xogħolha
10:31 Grazzi talli segwejtuna. Il-kumplament tal-ġurnata t-tajba!
Sephora Francalanza
10:30 Is-seduta li jmiss se ssir il-Ġimgħa fid-9.30am, meta se jixhed l-eks Avukat Ġenerali, Dr Peter Grech.
Sephora Francalanza
10:30 Il-midja terġa' tintalab toħroġ mill-awla. B'hekk ġejna fi tmiem ir-rappurtaġġ tagħna.
Sephora Francalanza
10:29 Il-Kummissarju wkoll jisħaq li dan għandu jsir.
Sephora Francalanza
10:29 F'din il-laqgħa nnutat li "his eyes spoke volumes." Tgħid li anke bħala sapport, tħossha fid-dover li titkellem miegħu fuq l-investigazzjonijiet.
Sephora Francalanza
10:28 Fil-ġimgħat jew jiem li ġejjin, se terġa' ssejjaħ laqgħa mal-familja Caruana Galizia, speċjalment ma' iben Daphne, Matthew.
Sephora Francalanza
10:28 Tgħid li lill-vittma tagħtiha importanza, billi temmen li l-vittma għandha dritt tkun taf fiex waslu l-investigazzjonijiet.
Sephora Francalanza
10:28 Fl-4 ta' Awwissu xtaqet tiltaqa' mal-familja ta' Daphne Caruana Galizia. Anke l-Kummissarju xtaq li ssir din il-laqgħa.
Sephora Francalanza
10:27 Dħalna lura fl-awla.
Sephora Francalanza
10:24 Ix-xhud se tkompli tixhed fil-magħluq.
Sephora Francalanza
10:23 L-Assistent Kummissarju tgħid li hi ssib sapport kbir mill-Kummissarju Angelo Gafà, u m'għandha l-ebda interferenza f'xogħolha.
Sephora Francalanza
10:22 Tgħid li taħseb li din l-informazzjoni tkun utli għall-Bord tal-Inkjesta.
Sephora Francalanza
10:22 Mamo tgħid li jridu jagħmlu sforz biex sal-aħħar ta' Novembru jkunu analizzaw u evalwaw din l-informazzjoni. Din id-data f'Novembru hija sabiex il-Europol jiġu jesebixxu din l-informazzjoni fil-proċeduri kontra Yorgen Fenech.
Sephora Francalanza
10:20 L-informazzjoni li qed janalizzaw tal-Europol hi "voluminuża."
Sephora Francalanza
10:20 "Kulħadd xammar, mill-kbir saż-żgħir," tgħid ix-xhud meta bdiet tmexxi t-taqsima hi.
Sephora Francalanza
10:18 Fl-14 t'Ottubru ħasset il-ħtieġa li ssejjaħ laqgħa oħra. Tgħid li tista' titkellem aktar dwar din il-laqgħa fil-privat.
Sephora Francalanza
10:17 Tgħid li għamlet dan biex jekk kien hemm xi ħadd li ma jħossux aktar tenibbli li jibqa' jagħmel parti mill-iskwadra, ikellimha sabiex jiġi trasferit.
Sephora Francalanza
10:16 Fid-9 ta' Lulju laqqgħet lill-ispetturi, meta Mamo talbithom biex waqt l-investigazzjoni jżommu quddiemhom l-interess aħħari tal-Korp u l-ġuramenti li ħadu, mingħajr ma jħarsu lejn uċuħ.

"Ħassejt li kelli nagħmilha," tistqarr Mamo.
Sephora Francalanza
10:16 Ix-xhud tgħid li tista' twieġeb din il-mistoqsija fil-privat.
Sephora Francalanza
10:14 L-Avukata Therese Comodini Cachia tistaqsi jekk dawn il-provi u l-investigazzjonijiet li qed isiru issa setgħux isiru b'mod parallel mal-inkjesta tal-maġistrat jew kellhomx jistennew li tintemm l-inkjesta.
Sephora Francalanza
10:13 Infetħu għadd ta' investigazzjonijiet kriminali miċ-chats ta' Yorgen Fenech, tikkonferma Alexandra Mamo.
Sephora Francalanza
10:13 Qed janalizzaw chat chat u jiddiskutuhom anke mal-Kummissarju.
Sephora Francalanza
10:10 L-apparat elettroniku li ttieħed minn Yorgen Fenech għandhom kopja tiegħu u kull chat qed tiġi analizzata, evalwata, u jekk ikun opportun tinfetaħ investigazzjoni kriminali fil-konfront tal-persuna/i jew entità, tgħid l-Assistent Kummissarju.
Sephora Francalanza
10:10 Dawn iż-żewġ inkjesti huma Operation Green, tgħid ix-xhud.
Sephora Francalanza
10:09 L-inkjesta l-oħra għadha għaddejja mill-Maġistrat Josette Demicoli, u tinsab fi "stadju kruċjali."
Sephora Francalanza
10:09 B'rabta ma' dan, fil-21 ta' Settembru talbu mandat t'arrest u tfittxija meta ġew arrestati u interrogati 4 persuni: Keith Schembri u 3 persuni minn Nexia BT.
Sephora Francalanza
10:08 Mamo tgħid li dwar dan il-każ, sabithom fi stadju ta' 2 inkjesti maġisterjali.

Waħda minnhom magħluqa li ngħalqet f'Settembru mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, li l-pulizija għadhom għaddejjin jinvestigawha "minn sbieħ filgħodu sat-tard."
Sephora Francalanza
10:06 L-Assistent Kummissarju tgħid li ma tistax tikkummenta fuq x'sar dak iż-żmien peress li ma kinitx involuta hi. Tista' tgħid kienx qed isir hekk taħt Ian Abdilla fil-privat.
Sephora Francalanza
10:06 Il-Prim Imħallef Emeritu Said Pullicino jgħid li staqsieha dwar dan peress li l-Panama Papers bdew mir-rapporti li saru fil-ġurnali, fil-blogg ta' Daphne Caruana Galizia.
Sephora Francalanza
10:05 Ian Abdilla kien qalilha li importanti li jsegwu l-midja u li t-Taqsima tal-Komunikazzjoni fil-Pulizija (CMRU) tgħaddilhom siltiet mill-gazzetti għall-iskrutinju tagħhom.
Sephora Francalanza
10:04 F'dawn il-każijiet tal-ħasil tal-flus, malli jirċievu r-rapport, jinfetaħ il-fajl, jiġi mgħoddi lis-supretendent u dan jassenja spettur/i skont in-natura tal-każ.
Sephora Francalanza
10:03 Tispjega li jirċievu 4 rapporti mill-FIAU, li kollha jitqiesu intelliġenza, u din iridu jikkonvertuha f'evidenza biex imbagħad jipproċedu għall-interrogazzjoni.
Sephora Francalanza
10:03 Mamo tgħid li sar progress kbir taħtha f'diversi każijiet.
Sephora Francalanza
10:03 "Determinati bħala dipartiment li f'dak li jikkonċerna l-ħidma tal-pulizija jkollna riżultati pożittivi fil-Moneyval."
Sephora Francalanza
10:02 Mamo tgħid li qegħdin jaħdmu qatigħ fuq il-Moneyval. L-aktar supretendent involut huwa Frank Tabone. Qed jgħinuha bil-ġbir ta' statistika, u għandhom laqgħat kontinwi mal-NCC. Jissottomettu wkoll ir-rapporti.
Sephora Francalanza
10:02 Mistoqsi kienx iżomm fajls Ian Abdilla, Mamo tgħid li ma tafx.
Sephora Francalanza
10:01 Mistoqsija jekk Ian Abdilla tahiex handover, hija tgħid li iva, u tistaqsi li tkompli tagħti informazzjoni fuq dan fil-magħluq.
Sephora Francalanza
10:00 Il-Bord tal-Inkjesta jistaqsiha fejn jiġu ssejvjati dawn l-emails, jekk jitqegħdux ġo fajls.
Sephora Francalanza
09:59 Fil-laqgħat tal-Ħadd, l-ispetturi investigattivi jibagħtulha email bil-progress li jkun sar fil-każ.
Sephora Francalanza
09:59 Lill-Kummissarju żżommu aġġornat regolarment.
Sephora Francalanza
09:58 Sabet xi xogħol li waqa' b'lura. Kull investigazzjoni hi importanti, madankollu hi tat prijorità lil xi investigazzjonijiet, partikolarment li huma involuti fihom xi politiċi (PEPs).
Sephora Francalanza
09:57 Mamo tgħid li ma tafx jekk qabel bdiet hi, il-proċedura kinitx l-istess. Tgħid li meta bdiet hi sabet għexieren ta' investigazzjonijiet għaddejjin li kollha kienu attivi.
Sephora Francalanza
09:57 Jiddiskutu fiex waslet l-investigazzjoni, meta se jwettqu l-ħidma nfisha u meta se ssir l-interrogazzjoni.
Sephora Francalanza
09:56 L-Assistent Kummissarju tgħid li għandhom relazzjoni tajba ħafna mal-FIAU u mal-Avukat Ġenerali.
Sephora Francalanza
09:55 Tgħid li jaddottaw il-"four eye rule" sabiex ma tarax kwistjoni hi biss.
Sephora Francalanza
09:55 Jagħmlu laqgħat qabel, waqt u wara kull investigazzjoni.
Sephora Francalanza
09:54 Jekk tħoss il-ħtieġa, hi ssejjaħ laqgħa mas-supretendent inkwistjoni.
Sephora Francalanza
09:54 Tispjega li hi bdiet proċedura li kull nhar ta' Ħadd ikollhom laqgħa ta' aġġornament fuq diversi każijiet maġġuri fuq il-progress li jkun sar fl-investigazzjonijiet, x'qegħdin jaħsbu l-investigaturi, eċċ.
Sephora Francalanza
09:53 Mistoqsija mill-Imħallef Lofaro, l-Assistent Kummissarju tgħid li l-proċedura dejjem hekk kienet.
Sephora Francalanza
09:53 Jekk ikollhom bżonn ikomplu jinvestigaw, il-persuni inkwistjoni joħorġu bil-police bail.
Sephora Francalanza
09:52 Imbagħad issir l-interrogazzjoni, u jekk ikun hemm biżżejjed provi, il-persuni jitressqu l-qorti.
Sephora Francalanza
09:51 Wara li jinġabru l-provi kollha, il-pass li jmiss ikun li jintalab mandat t'arrest u ta' tfittxija, u jiġu interrogati l-persuni ta' interess.
Sephora Francalanza
09:51 Mamo tispjega li dan hu proċess twil.
Sephora Francalanza
09:50 Jekk jaraw li jeħtieġ li ssir talba għall-informazzjoni, dan isir. Ġieli, inkella, joħorġu ordni għal investigazzjoni, skont il-każ.
Sephora Francalanza
09:49 Ix-xhud tispjega li l-investigazzjonijiet jibdew minn rapporti tal-FIAU, rappurtaġġ mill-midja. Dan hu l-ewwel livell. Imbagħad jiġu assenjati spettur/i, skont il-livell tal-każ. Flimkien mal-ispetturi u s-supretendent janalizzaw ir-rapport – jaraw x'hemm bżonn isir biex tissaħħaħ l-evidenza.
Sephora Francalanza
09:49 Fost l-uffiċjali li hi responsabbli għalihom hemm task force li taħdem mas-CID u l-Europol li qed jaħdmu fuq l-assassinju.
Sephora Francalanza
09:48 "Bħala riżorsi qatt m'aħna kuntenti," tgħid l-Assistent Kummissarju.
Sephora Francalanza
09:47 B'kollox hemm madwar 94-95 persuna taħt ir-responsabbiltà tagħha. Tispjega kif inhuma maqsumin bħala spetturi f'kull skwadra.
Sephora Francalanza
09:47 Id-dipartiment maqsum f'2 skwadri maġġuri: il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu, u l-iskwadra l-oħra fuq ir-reati ekonomiċi.
Sephora Francalanza
09:46 F'Lulju bdiet il-ħidma tagħha f'dan id-dipartiment. Għall-ewwel kienu stazzjonati l-Kwartieri Ġenerali imma fit-8 ta' Settembru mxew għal post ġdid f'Santa Venera fejn hemm id-dipartiment kollu taħt binja waħda.
Sephora Francalanza
09:46 "Dak il-ħin ixxukkjajt ruħi, ħa nkun onesta, għax aktar familjari mad-dipartiment tal-familja." Tgħid li hi żammet f'moħħha l-interess tal-Qorti u ta' Malta u aċċettat il-proposta.
Sephora Francalanza
09:41 Fit-22 ta' Ġunju, meta ġie kkonfermat il-Kummissarju Angelo Gafà, ċemplilha biex jiltaqgħu fit-23 ta' Ġunju. Qalilha li għandu l-fiduċja fiha biex tmexxi d-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji.
Sephora Francalanza
09:41 Ix-xhud tgħid li hi stazzjonata fid-Dipartiment tar-Reati Finanzjarji (FCID).
Sephora Francalanza
09:40 Titla' tixhed l-Assistent Kummissarju Alexandra Mamo.
Sephora Francalanza
09:39 Il-Bord tal-Inkjesta jidħol fl-awla.
Sephora Francalanza
09:35 L-Assistent Kummissarju Alexandra Mamo tinsab fl-awla wkoll.
Sephora Francalanza
09:34 L-uffiċjal tal-qorti qed jiċċekkja li l-mikrofoni li jużaw il-membri tal-Bord tal-Inkjesta jaħdmu.
Sephora Francalanza
09:32 Is-seduta għadha ma bdietx imma fl-awla hawn l-Avukata Therese Comodini Cachia li qed tirrappreżenta lill-familja Caruana Galizia, xi membri tal-familja u l-ġurnalisti.
Sephora Francalanza
09:32 Bonġu, nilqgħukom għal dan il-blogg minn awla 20 fil-qorti.
Sephora Francalanza

Fl-aħħar seduta xehdu Joe Gasan u ibnu Mark, li huma parti mill-konsorzju tal-Electrogas, fdat bil-proġett tal-powerstation.

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Mark Gasan qal li ma kienx jaf bis-sapport ta’ Konrad Mizzi għall-proġett jew bl-involviment ta’ Keith Schembri fih
  • Dr Therese Comodini Cachia qalet li l-Electrogas qasmet is-CVs tal-applikanti ma’ Konrad Mizzi; Mark Gasan ma kienx jaf
  • Joe Gasan ma jemminx li l-qtil ta’ Daphne kellu x’jaqsam mal-Electrogas; jekk Electrogas kienet involuta, il-Gasan Group ma jridx ikollu x’jaqsam magħha
  • Gasan qal li huma għamlu ħafna affarijiet tajbin u ħolqu ħafna impjiegi; minħabba l-allegat involviment tagħhom fil-“qtil orribbli” ta’ Daphne Caruana Galizia ntefa’ dell ikrah fuq Gasan Group
  • Joe Gasan qal li Yorgen Fenech dejjem ċaħad magħhom li hu sid 17 Black; siefer Londra biex jiltaqa’ ma’ avukat ħalli jiftaħ proċeduri biex inaddaf ismu
  • Wara li ħarġu dawn l-allegazzjonijiet, Fenech donnu għeb u ma baqax jattendi l-board meetings
  • Joe Gasan ma kienx jaf fuq il-ftehim ta’ Montenegro
  • Ma kienx jaf li Fenech kien qed jippjana proġett simili għal tal-Electrogas fil-Bangladesh

Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.