“Tivvutax għall-kanzunetta favorita tiegħek, ivvota għall-aħjar kanzunetta” – John Bundy

Illejla l-poplu Malti se jkun qed jagħżel il-kanzunetta li se tirrappreżentah fil-Eurovision permezz tat-televoting.
Dan ifisser li l-għażla tal-kanzunetta hija mija fil-mija f’idejn il-poplu Malti.
Mistoqsi dwar il-parir li jagħti lill-eluf li se jivvutaw illejla, ic-CEO John Bundy kellu biss kelma waħda: “Tivvutax għall-aktar kanzunetta favorita tiegħek, jew għall-aktar kantant li jogħġbok jew kantanta. Ivvota għall-aħjar kanzunetta. Ivvota għal dik il-kanzunetta li jkollha dak kollu li timmaġina li hu tajjeb biex jirrappreżentak fl-Ukrajna”.
Bundy spjega ukoll li l-poplu Malti jista’ jivvota biss darba waħda minn kull linja. Kull min se jivvota aktar minn darba mhux se jkun qed jgħoddlu aktar minn vot wieħed.
Temm jgħid: “Għandna reputazzjoni tajba ħafna fil-Eurovision. Dejjem morna b’talent tajjeb għall-Eurovision. Ma nagħmlux kastelli fl-arja pero’ se mmorru l-Ukraina biex nirbħu. Għalhekk se mmorru, biex nipparteċipaw u nipprovaw nirbħu!”
Filmat u Ritratti: PBS