Titwieled tarbija sena iżgħar minn ommha

Fl-Istati Uniti għadha kemm twieldet b’suċċess tarbija minn ebrijun li kien ilu ffriżat 24 sena, u l-omm hi biss sena akbar.
L-embrijun kien oriġinarjament iffriżat f’Ottubru tal-1992, iżda x-xahar li għadda Tina Gibson flimkien mar-raġel tagħha Benjamin Gibson iddeċidew li jkollhom tarbija, u rrikorrew għand iċ-Ċentru Nazzjonali tad-Donazzjonijiet tal-Embrijuni f’Tennessee.
Fl-ewwel kummenti l-omm qalet li jekk tieqaf taħseb ftit, hi u t-tarbija li twieldet illum setgħu kienu ħbieb tal-istess żmien kieku t-tarbija twieldet dakinhar.
Madankollu rrimarkat mal-midja internazzjonali li ma tantx jimpurtaha li nkiser rekord ta’ kemm tarbija li tiwledet damet iffriżata, l-importanti li riedet tarbija u kellha waħda.
Emma Wren Gibson twieldet b’saħħitha tiżen 6 libbri u 8 uqijiet.
L-embrijun li minnu twieldet it-tarbija kien tħalla ffriżat minn koppja mhux magħrufa, lilura fid-Disgħinijiet kienet iddeċidiet li toffri dan l-embrijun liċ-ċentru sabiex jintuża minn min ma jkunx irid ikollu tarbija bil-mod naturali.
Iżda r-raġuni għala l-koppja żagħżugħa ddeċidiet li tuża dan l-embrijun hu għax ir-raġel għandu kundizzjoni li tirrendih infertili, u l-koppja miżżewġa kienet diġà ffosterjat għadd ta’ tfal, qabel ħadet da il-pass.
Fir-ritratt: il-koppja Gibson u t-tarbija