Titwieled it-tarbija ‘Miraklu”

baby-miracle-libya

Tarbija twieldet bejn sema u ilma fuq vapur tas-salvataġġ li kien bejn il-Libja u l-Italja.
Twieldet lil omm li nhar il-Ħamis li għadda ħarbet flimkien ma’ 68 persuna oħra mil-Libja għall-Ewropa.
It-tifel issemma Miraklu u kien jiżen 2.8 kilogramma.
Miraklu kien is-sitt tarbija li twieldet abbord il-vapur Aquarius immexxi mill-għaqda Tobba Mingħajr Fruntieri u SOS Mediterranee.
Ftit wara l-ħlas, Miraklu ntlaqa’ minn kant u żfin mill-immigranti fuq il-vapur.
Omm it-tifel qalet li kienet qed tinżamm bħala ostaġġ, kienet qed tiġi msawta u tingħata ftit ikel.