Titwieled falkunerija ġdida f’Malta

Dalgħodu fil-Palazz tal-Verdala saret it-tnedija tal-Malta Falconers Club.
Waqt it-tnedija tal-falkunerija, kien hemm ukoll għall-wiri diversi speċi ta' falkuni mħarrġa.
Fid-diskors tiegħu il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat saħaq li l-arti tal-falkunerija għandha titqies bħala mezz ta’ tixrid ta’ tradizzjoni u kultura antika.
Fakkar kid din is-sengħa tmur lura ħafna żmien u huwa importanti li dan l-isport jiġi pprattikat bl-aktar mod sostenibbli.
Il-Ministru qal li l-għan ewlieni huli jlaqqa’ flimkien l-aspett edukattiv ma’ dak tad-delizzju dwar sport li wieħed jista’ jipprattika waħdu jew fi gruppi differenti ta’ nies.
Awgura lil din dan il-grupp tal-falkunerija biex ikompli bl-impenn tiegħu biex iħeġġeġ iktar nies, b'mod speċjali żgħażagħ, biex jissieħbu miegħu.
Min ikun interessat jissieħeb fil-klabb, fejn mhux obbligatorju l-pussess ta' xi falkun, jista' jċempel fuq 99837103 jew 99886369. 

Ritratti: Omar Camilleri – DOI