Titwettaq ħolma ta’ żagħżugħ wara li sarlu trapjant f’qalbu

Ritratt: The FotoGrafer

Araniissa tal-lejla se jwassal l-sitorja ta’ Nigel, żagħżugħ li ftit snin ilu kellu trapjant f’qalbu. L-esperjenza tiegħu se tħalli lit-telespettaturi b’ħalqhom miftuħ hekk kif tisimgħu jirrakkonta meta nstabitlu qalb oħra u meta mbagħad ġie kkonfermat illi l-istess qalb qablet miegħu.

Nigel siefer biss minħabba f’raġunijiet ta’ saħħa. Kull safra li għamel dejjem għamilha bi qtugħ ta’ qal. L-istess għall-għeżież tiegħu.

Iżda din id-darba Araniissa għamilha possibbli għal Nigel li jmur Manchester sabiex jara t-tim tal-ħolm tiegħu jilgħab.  U mhux biss! Din kienet esperjenza li żgur li ż-żagħżugħ mhux se jinsa’.

Waqt Araniissa tkunu tafu aktar dwar dak li ġara waqt din l-esperjenza unika għal Nigel.

U storja oħra hija dik ta’ Tiziana u t-trasformazzjoni sabiħa tagħha.

Se naraw ukoll reunion speċjali.

Ritratt: The FotoGrafer

Araniissa ma’ Joseph Chetcuti jixxandar fuq l-istazzjon One illum is-Sibt fit-8.30pm.