Titwaqqaf unjin ġdida għall-għalliema

Se titwaqqaf unjin ġdida għall-għalliema fi ħdan l-UĦM – Voice of The Workers.
Dan ħabbritu fi stqarrija l-UĦM, u rrimarkat li l-unjin se jkun jisimha Union of Professional Educators (UPE) – Voice of The Workers.
Il-UĦM qalet li dan qed isir fuq talba tal-għalliema stess, li ħassew il-ħtieġa li titwaqqaf unjin ġdida li tirrappreżantahom b’mod qawwi fl-interessi tagħhom.
Sadanittant twaqqaf kumitat temporanju biex jieħu ħsieb il-proċess ta’ reġistrazzjoni.
Il-kumitat magħmul mit-tliet membri li l-Ħadd li għadda rriżenjaw mill-Kunsill tal-Unjin Maltija tal-Għalliema, Rita Catania, David Rossi u George Debono.
Il-UĦM qalet li se toħroġ aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.