Titwaqqaf l-ewwel akkademja tal-Pool f’Malta

Twaqqfet l-ewwel akkademja tal-Pool f’Malta. Pool Academy Malta hija l-ewwel akkademja professjonali tal-pool f’Malta, li tgħallem varjetà ta’ ħiliet fil-logħba rinomata tal-pool.

L-għan ta’ din l-akkademja hu li tkun ta’ gwida għall-istudenti u tmexxihom biex jirrappreżentaw lil Malta fuq bażi internazzjonali flimkien mal-kontinġent Malti.

Il-coaches f’din l-akkademja huma plejers professjonali li rrappreżentaw lil Malta diversi drabi u ġabu bosta unuri għal pajjiżna. Huma jħabirku biex jispiraw oħrajn li jikbru fid-dinja distinta tal-pool billi jaqsmu l-passjoni u l-imħabba tagħhom għal din il-logħba.

Jekk tixtieq tissieħeb mal-Akkademja wieħed jista’ jsib iktar informazzjoni minn hawnhekk.