Titwaqqaf korporazzjoni nazzjonali għaż-żejt

Il-Gvern waqqaf Korporazzjoni Nazzjonali għaż-Żejt li se titmexxa minn Maria Micallef.
Il-Korporazzjoni se tkun responabbli mit-tiftix taż-żejt.
Fi stqarrija, il-Gvern qal li fl-irwol il-ġdid tagħha Micallef se tkun iddedikata bħalma kienet fit-tmexxija tal-Air Malta.