Titwaqqaf Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati

Twaqqfet Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati li għandha żżid l-awtonomija amministrattiva u timmodernizza s-servizzi offruti lill-pubbliku.

Aqra: “PM b’ħafna poter; nuqqas ta’ bilanċi u kontrolli”

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li permezz ta’ din l-aġenzija, id-deċiżjonijiet amministrattivi se jittieħdu b’iżjed awtonomija u effiċjenza.

Aqra: Jibdew jiġu emendati l-liġijiet wara rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Venezja

Permezz ta’ din l-aġenzija ġdida, hemm il-possibbiltà li l-amministrazzjoni tal-qrati tintroduċi sistema ta’ komunikazzjoni tal-midja.

Aqra: Ikompli l-battibekk dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja

Din ir-riforma ġejja minn għadd ta’ suġġerimenti mill-Kummissjoni Ewropea biex l-amministrazzjoni tal-Qorti tinqata’ mill-Gvern Ċentrali u ssir waħda iktar awtonoma, biex ikun hemm iktar distanza bejn il-Gvern u l-operat amministrattiv. Din il-qasma kienet xi ħaġa li insistiet fuqha l-Kummissjoni Venezja, li permezz tar-rakkomandazzjoni tagħha, infirdu l-irwoli tal-Avukat Ġenerali.