Aġġornata: Titwaqqa’ siġra fil-Kampus tal-Università ta’ Malta

F’post fuq Facebook intwera’ video ta’ siġra li nqatgħat fil-Kampus tal-Università ta’ Malta.

Is-Segretarju Ġenerali tal-KSU, William Farrugia, meta mistoqsi għaliex inqatgħat din is-siġra qal li issa ma jista’ jsir xejn dwar is-siġra, madankollu, il-każ qed ikun investigat. Intant diversi studenti huma urtati b’dan l-aġir.

Fi stqarrija li ħareġ il-Kunsill Studenti Universitarji fuq facebook, qal li wara li tkellem mad-Direttorati tal-Istabbiltà, Faċilitajiet u Kapital ta ‘Żvilupp tal-Kapitali qal li kien ikkonfermat li s-siġra kienet mejta u kienet ta’ periklu għall-pubbliku speċjalment jekk isseħħ xi maltempata.

Il-Kunsill tal-Istudenti qal li se jkun qed jieħu l-inizzjattiva u fil-ġimgħat li ġejjin se jħawwel siġar indiġeni fl-istess post fejn inqatgħet is-siġra.

This morning, a large tree situated near the Dun Karm Square area was taken down, an event which concerned us and…

Posted by KSU – Kunsill Studenti Universitarji on Friday, August 31, 2018