Tfalli missila mwaddba mill-Korea ta’ Fuq

Ġurnata biss wara l-parata li kexkxet lil min verament jirrealizza x’tista’ tagħmel il-Korea ta’ Fuq jekk tiġi pprovokata, uffiċjali militari Amerikani u Sud Koreani kkonfermaw li din ippruvat twaddab missila tul il-kosta Lvantija tagħha, iżda splodiet ftit tal-ħin wara li ttajret.
Sa dil-ġimgħa stess, il-Korea ta’ Fuq wissiet lill-Istati Uniti li lesta tieħu azzjoni nukelari kontriha, u dan wara li tat-tieni ddeċidiet li tħalli jidħol bastiment tan-navy tagħha fil-peniżola Koreana, jiġifieri l-baħar li jifred lill-Korea ta’ Fuq mill-Korea ta’ Isfel.
Il-missila li sparat ftit tas-sigħat ilu, splodiet sekondi wara li ttajret. Sa issa l-Korea ta’ Fuq diġà ttestjat l-armi nukleari ħames darbiet, kif ukoll sensiela ta’ tfigħ ta’ missili, bħal din ta’ ftit sigħat ilu. Skont in-Nazzjonijiet Magħquda (UN), dawn kienu kollha jiksru l-liġijiet tagħha.
Sadanittant, il-Viċi-President tal-Istati Uniti, Mike Pence, mistenni jżur Seoul, il-kapitali tal-Korea ta’ Isfel, sabiex jiddiskuti mal-awtoritajiet it-triq ’il quddiem biex jilqgħu attakki mill-Korea ta’ Fuq.