Ritratti: Tittella’ wirja mhux mimsusa sa mill-1970

Il-Knisja l-Qadima tas-Salvatur f’Ħal Lija se terġa’ żżomm l-appuntament tagħha mad-dilettanti bil-wirja tal-Mejda tal-Appostli skont ir-rit Lhudi.
Din it-tip ta’ wirja hi l-ewwel waħda tax-xorti tagħha, u ma tilfet xejn mill-karatteristiċi oriġinali tagħha.
Id-dilettanti għalhekk huma mistiedna biex imorru lura fiż-żmien, hekk kif din hija s-47 darba li qed tittella’ l-wirja. Kollox baqa’ kif kien dakinhar li ttellgħet l-ewwe darba, fl-1970.
Id-dħul huwa b’xejn, u n-nies jiddaħħlu kull kwarta sabiex isegwu x’hemm b’kummentarju bil-Malti u bl-Ingliż.
Is-sessjonijiet se jittellgħu nhar l-Erbgħa tat-Tniebri, Ħamis ix-Xirka u fil-Ġimgħa l-Kbira.
Dawn jibdew fis-7.30pm bil-ftuħ u t-tberik taċ-ċena, velja ta’ talb, innijiet, qari spontanju mill-Bibbja. Fl-aħħar jitqassam il-ħobż biex ir-rit jibqa’ sal-aħħar leali lejn dak li kien iseħħ elfejn sena ilu.