Tittella’ karozza minn qiegħ il-baħar

Għadd ta’ persuni rnexxielhom itellgħu karozza minn qiegħ il-baħar waqt attività ta’ tindif tal-baħar fil-Belt Valletta dalgħodu. Għadu mhux magħruf kif din spiċċat fil-baħar imma dan jaf kien minħabba l-maltempata kbira ta’ Frar li kkawżat ħsarat kbar.

Il-pulizija qed jinvestigaw dan il-każ.

L-attività kienet organizzata mill-Fondazzjoni QLZH li hi magħmula minn Quick Lets u Zanzi Homes, bl-għajnuna ta’ Dive Systems, Żibel Malta u Wave of Change.