Aġġornata (2): F’24 siegħa jittardjaw minn tal-inqas 7 titjiriet tal-Airmalta

L-ixkiel fit-titjiriet tal-Air Malta għadu għaddej hekk kif minn tal-anqas se jkunu ttardjaw seba’ titjiriet f’inqas minn 24 siegħa.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li aktar titjiriet se jaslu Malta tard.
Fost dawn it-titjiriet hemm:

  • KM642 Malta-Catania li se tittardja b’100 minuta
  • KM491 Zurich-Malta li ttardjat b’45 minuta
  • KM421 Brussell-Malta li se tittardja bi 80 minuta
  • KM119 Gatwick-Malta li se tittardja bi 30 minuta

Fl-istqarrija li ħarġet l-Air Malta dalgħodu ntqal li:

  • KM100/1 Malta-Londra-Malta se tittardja b’45 minuta
  • KM612/3 Malta-Ruma-Malta se tittardja b’35 minuta
  • KM306/7 Malta-Munich-Malta se tittardja b’120 minuta

Skont l-Air Malta, dan it-tibdil qed isir minħabba li titjira tal-Air Malta li kellha titlaq minn Pariġi lejn Malta lbieraħ filgħaxija mistennija titlaq f’nofsinhar illum.
Kelliem għall-Air Malta qal ma’ Newsbook.com.mt li t-titjira KM467 kellha titlaq mill-ajruport ta’ Orly fis-7:10pm tal-Ħadd. Madanakollu, peress li l-ajruplan daħal tard f’Pariġi kien se jkollu jitlaq tard ukoll. Peress li l-ajruport imbagħad għalaq bil-lejl, l-ajruplan ma tħalliex jitlaq.
Ċertu ajruporti jkollhom restrizzjonijiet fit-titjiriet ta’ bil-lejl biex inaqqsu l-istorbju. Skont il-kelliem, il-passiġġieri ttieħdu lejn lukanda biex iqattgħu l-lejl hemm.
Il-kelliem ikkonferma li r-raġuni tad-dewmien ma kinitx ta’ natura teknika imma minħabba problemi riċenti fl-operat