Tittama li bintha għadha ħajja

Ritratt: Facebook/Romina Power

F’Jannar 1994 Ylenia Carrisi, bint il-kantanti Al Bano u Romina Power għebet u qatt ma semgħu aktar biha.  

Il-misteru tal-għibien tagħha wassal biex il-ferita fil-qalb tal-omm ma ngħalqet qatt u proprju f’dan ix-xahar ta’ Novembru, li hu x-xahar li kienet twieldet fih Ylenia, donnu li qanqal lill-kantanta biex tagħmel appell fuq il-mezzi soċjali.

Tul is-snin Al Bano kemm ‘il darba qal li jemmen li bintu nqatlet jew mietet iżda Romina tkompli tgħix bit-tama.

Fuq il-profil tagħha fuq l-Instagram, Romina tellgħet ritratt ta’ bintha.

“Binti għebet fl-Istati Uniti fl-età ta’ 23 sena. Illum il-ġurnata d-dehra tagħha żgur li nbidlet. Iżda jekk hemm xi ħadd li jara xi mara li tista’ tkun ittiha lemħa, jekk jogħġobkom ikkuntatjawni”.

Ritratt: Instagram/Romina Power

Fil-messaġġ tagħha Power qalet li għadha ma waqfitx tittama li terġa’ tgħannaq lil bintha magħha.