Tittajjar mara f’San Ġiljan; ġrieħi serji

Arkivji

Mara Russa ttajret tul il-lejl fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan.

Għall-ħabta tat-3.30am, mara ta’ 30 sena mir-Russja li toqgħod f’San Ġiljan ittajret minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 41 sena minn Wied il-Għajn.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li ssejħet ambulanza fuq il-post u li l-mara qed issofri minn ġrieħi serji.

Infetħet inkjesta fuq il-każ, immexxija mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.