Tittajjar tfajla fis-Swieqi

Ian Noel Pace

Tfajla ttajret aktar kmieni dalgħodu fis-Swieqi.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ fit-8am fi Triq Ta’ L-Ibraġ biswiet it-traffic lights tas-Swieqi direzzjoni lejn il-grawds tal-Luxol.

It-tfajla residenti San Pawl il-Baħar ittajret minn xufier ta’ 19-il sena ta’ nazzjonalità Bulgara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar. Il-kundizzjoni tagħhha għadha mhix magħrufa.

Ritratti: Arkivji u Google Maps