Mara l-isptar wara li tittajjar minn vann

Arkivji

Mara ttieħdet l-isptar wara li ttajret fi Triq d'Argens, il-Gżira.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:15am. 
Skont il-Pulizija, il-mara Spanjola ttajret minn vann misjuq minn raġel ta' 46 sena residenti Ħad-Dingli.
Il-mara ttieħdet l-isptar għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.