Tittajjar persuna f’Santa Venera

Persuna ttajret minn karozza fi Triq il-Ferrovija Santa Venera, għall-ħabta tat-8.15am.

Il-karozza, ta’ mudell Toyota Vitz, kienet qed tinstaq minn mara ta’ 60 sena minn Birkirkara.

Il-persuna ttieħdet l-Isptar Mater Dei, iżda l-kundizzjoni għadha mhix magħrufa.

Aktar dettalji dalwaqt.