Aġġornata (2): Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’San Ġwann

CMRU

Read in English.

Mara ta’ 86 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’San Ġwann.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt u spjega li huma ġew infurmati għall-ħabta tas-2.00pm. L-inċident seħħ fi Triq in-Naxxar.

Il-mara li hi minn San Ġwann ittieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi serji. Hija ttajret minn Landrover misjuqa minn mara ta’ 40 sena minn San Ġwann stess.