Aġġornata: Raġel gravi wara li tajruh f’Raħal Ġdid

Read in English.

Raġel weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ fil-11.30am fi Pjazza Antoine de Paule. L-anzjan ta’ 86 sena, residenti Raħal Ġdid stess intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 39 sena, residenti l-Għargħur.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.