Aġġornata: Jittajjar raġel fis-Swieqi

Josianne Vella

Raġel ta’ 79 sena mis-Swieqi ttajjar minn karozza fis-Swieqi stess.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fi Triq il-Qasam fil-5.15pm.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 35 sena mill-Gżira. Il-kundizzjoni tar-raġel mis-Swieqi għadha mhix magħrufa.

It-triq ingħalqet mill-Pulizija għal xi ħin.