Ħabta bejn żewġ karozzi fil-Qrendi

Aġġornat 05:57 PM

Read in English.

Kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi fil-Qrendi.

Kelliema għall-Pulizija għall-ewwel qalet li ttajjret persuna. Però, imbagħad qalet li l-inċident kien ħabta bejn żewġ karozzi.

L-inċident seħħ fl-4.25pm, ftit ‘il fuq mill-Kappella ta’ Santa Katerina. Dan jiġi fi Triq l-Għarix. Weġġa’ ħafif wieħed mill-passiġġieri.

Iktar dettalji dalwaqt.