Aġġornata: Jittajjar tifel ta’ 5 snin fil-Mosta; iweġġa’ gravi

Tifel ta’ 5 snin weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozzafil-Mosta illum wara nofsinhar.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-inċident seħħ fis-1.55pm fi Triq Nikolo Isourad. Il-kelliem għall-pulizija spjega li t-tifel ittieħed il-policlinic immedjatament u mbagħad ġie trasferit l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li t-tifel kien qed jaqsam it-triq, b’konsegwenza li ħabat mal-ġenb ta’ karozza u waqa’ mal-art. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 60 sena residenti l-Mosta stess.