Aġġornata (2): Isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar fl-Marsa

Ian Noel Pace

Read in English.

Raġel li skont stqarrija tal-Pulizija għandu bejn il-45 u l-50 sena ġarrab ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura. Ir-raġel li hu mit-Turkija kellu jittieħed l-isptar b’ambulanza. Hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi aktar kmieni dalgħodu.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma dan ma’ Newsbook.com.mt. Spjega li l-każ seħħ fi Triq Aldo Moro fis-6.30pm.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena minn Ħaż-Żebbuġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.