Aġġornata: Mara tmut wara li ttajret fil-Gżira

Mara ta' 30 sena miż-Żurrieq tilfet ħajjitha wara li ttajret fil-Gżira. 
L-inċident seħħ ftit qabel it-8pm fi Triq ix-Xatt, ftit 'il bogħod minn Manoel Island. 
Il-mara ttajret minn vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 40 sena mis-Swieqi. 
Issejħet ambulanza fuq il-post li ħadet lill-mara l-isptar, iżda mietet ftit ħin wara.
Inħatret inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke.
Għal xi ħin it-triq fid-direzzjoni ta' Tas-Sliema tinsab magħluqa għat-traffiku.
Ritratt: MRTU