Aġġornata: Tfajla ta’ 14 tittajjar f’Birkirkara

Żagħżugħa ta’ 14 il-sena minn Birkirkara ttajret minn karozza fil-bypass ta’ Birkirkara.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt mill-Pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5.40 pm. Numru ta’ persuni li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt qalu li hemm ħafna traffiku fiż-żona li jibda mir-roundabout ta’ ħdejn Ħal Lija sa ħdejn l-Università ta’ Malta.

L-identità tas-sewwieq tal-karozza u l-kundizzjoni tat-tifla għadhom mhux magħrufa.