Tittajjar persuna f’Birkirkara

Puliziija
Miguela Xuereb

Persuna ttajret fi Triq Dun Karm Psaila Birkirkara minn raġel ta’ 43 sena li kien qiegħed isuq trakk. Is-sewwieq huwa ta’ nazzjonalità Fillipina u residenti Ħ’Attard.

Kelliem għall-pulizija qal li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15pm.

Il-vittma għadha ma ġietx identifikata u l-kundizzjoni tagħha għadha pendenti.