Tittajjar minn vann fiż-Żejtun; tweġġa’ gravi

Mara ta’ 78 sena miż-Żejtun weġġgħet gravi wara li ttajret minn vann fiż-Żejtun stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am f’Misraħ Karlu Diacono.
Il-vann kien misjuq minn mara ta’ 30 sena minn Birżebbuġa.
L-anzjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.