Tittajjar minn vann fiż-Żejtun; tweġġa’ gravi

Aktar kmieni wara nofsinhar, mara minn Marsaskala ġiet milquta minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 28 sena, miż-Żejtun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:45pm, fejn il-Pulizija tad-distrett marru fuq il-post tal-inċident.

Skont kelliema tal-Pulizija, fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 33 sena lejn l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-vittma ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.