Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur gravi wara li tajjar mara

Sewwieq ta' mutur li tajjar mara f'Ħal Għaxaq qed issofri minn ġrieħi gravi.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġew infurmati bl-inċident fil-5:35pm. L-inċident seħħ fi Triq Dawret Ħal Għaxaq.
Skont il-Pulizija, il-mutur kien misjuq minn raġel ta' 74 sena u l-mara kellha 57 sena. It-tnejn huma minn Ħal Għaxaq.
Fl-istqarrija, il-Pulizija qalet li l-kundizzjoni tal-mara għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.