Tittajjar minn karozza f’Marsaxlokk; tweġġa’ gravi

Olandiża ta’ 64 sena nltaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.10pm fi Triq Xatt is-Sajjieda, f’Marsaxlokk. Il-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-Olandiża l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Il-Pulizija qalet li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.