Tittajjar minn karozza f’Santa Venera

Anzjana ta’ 76 sena minn Santa Venera weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza f’Santa Venera stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq il-Brunzar.
Il-mara ttajret minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 28 sena minn Ħ’Attard.
Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.